|
L-GHAQDA TAL-
KONSUMATURI - (MALTA)
Il-Bidu
Din l-ghaqda
twaqqfet fit-3 ta' April 1982. L-ewwel laqgha saret fil-Workers’
Memorial Building fejn il-membri fundaturi ta’ l-Ghaqda
tal-Konsumaturi gew ikkonfermati sabiex jiffurmaw l-ewwel
Kunsill ta’ l-Ghaqda. Ghal din il-laqgha kienet prezenti
wkoll Ms Alma Williams, membru ta’ l-International
Organisation of Consumer Unions (illum maghrufa bhala
Consumers’ International). Hafna mill-membri li attendew
kienu nies tas-sengha, il-maggoranza taghhom jahdmu t-Tarzna.
F’din
il-laqgha gie kkonfermat l-ewwel statut. L-oggettivi ta’
l-istatut kienu jirriflettu s-sitwazzjoni ta’ dak iz-zmien.
Fost dawn insibu li l-Ghaqda trid tahdem sabiex ikun hemm
ligijiet li jipprotegu lill-konsumaturi mill-abbuzi
tas-suq. L-edukazzjoni tal-konsumaturi ukoll kellha, bhal
ma ghandha llum, post importanti.
Is-Sitwazzjoni
f’dawk iz-zmenijiet
Il-kuncett
ta’ konsumatur dak iz-zmien ma kinitx ghada tezisti.
Fl-1981 kienet ghada kemm ghaddiet ligi fejn fiha kien
issemmiet il-kelma “konsumaturi”. Il-kelma li dak iz-zmien
l-aktar li kienet tintuza kienet il kelma “parrucan”. Il-konnotazzjonijiet
tal-kelma “parrucan” li gejja mill-kelma “parrocca” kienet
li ghal kull tip ta’ parruccan hemm xi hadd li qed
jipprovdilu jew prodott jew servizz. Kienet aktar
tirrifletti r-relazzjoni bejn kappillan u l-parruccani
tieghu. Min-naha ta' l-ewwel kellu d-dmir li jipprovdi
ghall-parruccani tieghu filwaqt li l-parruccani kellhom l-obbligu
li jaccettaw dak li gie ipprovdut. Din ir-relazzjonij ma
kinitx tirrifletti l-principju importanti, li l-konsumaturi
ghandhom drittijiet.
Din
il-ligi kienet importanti hafna peress li kienet tat lil
dawk l-ghaqdiet tal-konsumaturi li huma rikonoxxuti,
protezzjoni meta dawn ixandru l-ismijiet ta’ kummercjanti
u prodotti. L-esperjenza dejjem uriet li din hi l-akbar
protezzjoni li l-konsumaturi lokali jistghu jinghataw.
Sfortunatament fil-kummerc l-ideja tas-suq u l-kompetizzjoni
ma’ kellhiex gheruq. Ghal dan hemm hafna ragunijiet.
Fosthom insibu li l-kummerc ma kienx wiehed hieles.
L-Ewwel
ghaxar snin
Il-hidma
tal-Ghaqda tal-Konsumaturi kienet wahda intensiva. Il-konsumaturi
lokali ma kinux jafu li ghandhom drittijiet. Min-naha l-ohra,
il-kummercjanti ma kienux jaccettaw:
· li
l-konsumaturi ghandhom jinghataw xi drittijiet;
· li
ghandu jkun hemm xi hadd, ghaqdiet tal-konsumaturi jew
il-gvern stess, li jipprotegi lill-konsumaturi lokali.
Hafna
mill-kummercjanti kienu jemmnu li s-suq wahdu minghajr l-ebda
sforz jipprotegi l-konsumaturi. Dan ghaliex il-konsumaturi
jmorru jixtru minghand haddiehor meta ma jkunux qed
jinqdew tajjeb. Il-problema kienet li l-maggoranza
tal-kummercjanti kienu jew sole agents jew inkella
jahdmu f’tip ta’ cartel. Ezempju ta’ dan kienu tal-grocers.
Ghalkemm, ma’ l-ewwel daqqa t’ghajn kien jidher li l-konsumatur
kien qed jiffaccja suq hieles, peress li tista’ tghid li
kien hemm grocer f’kull kantuniera, dan ma kienx
minnu. Ir-raguni kienet li permezz ta’ hafna affarijiet,
fosthom pressjoni minghand l-agenti, tal-grocers
kienu jipprezentaw l-istess tip ta’ servizz kif ukoll l-istess
prezzijiet. B'hekk il-konsumaturi ma kellhomx ghazla.
F’dan iz-zmien
l-Ghaqda, ghamlet programm shih ta’ attivitajiet biex
tohloq kuxjenza favur id-drittijiet tal-konsumaturi. Saru
tahditiet ma’ Malta kollha sabiex nilhqu l-konsumaturi
lokali u nibdew nuru li l-konsumaturi kellhom id-drittijiet
u li dawn id-drittijiet jistghu jigu miksuba. L-Ghaqda
tal-Konsumaturi kienet, kull sena, ticcelebra Jum
il-Konsumaturi, biex tghallem dwar id-drittijiet
tal-konsumaturi.
L-Ghaqda
tal-Konsumaturi wkoll bdiet programmi fuq ir-radju u fuq
it-television biex teduka lill-konsumaturi. Barra d-drittijiet
fundamentali, l-Ghaqda ukoll kienet tara x’qed isir
fis-suq lokali u taghmel pressjoni fuq l-awtoritajiet
sabiex dawn jiehdu l-passi sabiex jitrangaw l-affarijiet.
Fost dawn insibu li meta z-zejt ghall-ewwel darba kien qed
jigi prezentat lill-konsumaturi ippakjat fi flixkun,
kienet l-Ghaqda li kienet ittendiet li l-fixkun li kien
qed jinbiegh bhala wiehed ta’ litru, fil-fatt lanqas kien
jesa’ litru. Minhabba dan, il-gvern kien impona li l-prezz
jorhos b’mod li barra li jirrifletti l-qies tal-flixkun,
il-konsumaturi, jinghataw kumpens.
L-Ghaqda
tal-Konsumaturi kienet ixxandar dan sew fil-leaflet li
tohrog l-Ghaqda u sew fil-gurnali li kienu lesti li
jxandru. F’dawk iz-zmenijiet hafna mill-gurnali fosthom
gurnal li llum ixandar darba kull gimgha pagna taghrif
ghall-konsumaturi, ma kinux jippermettu li l-Ghaqda
ixxandar taghrif billi ssemmi l-ismijiet ta’ kummercjanti.
Kienet l-Ghaqda tal-Konsumaturi li xandret l-ewwel ilmenti
tal-konsumaturi u xandret wkoll l-ismijiet ta' negozjanti
involuti.
L-Ghaqda
tal-Konsumaturi, dejjem hadmet bhala pressure group.
Fil-fatt, kienet pressjoni ta’ l-Ghaqda tal-Konsumaturi,
li f’Malta iddahhlu zewg ligijiet importanti. Dawn kienu,
il-Ligi ghal Deskrizzjoni Kummercjali, u l-Ligi li
tirregola l-Bejgh bieb’bieb.
Wahda
mill-affarijiet li ghamlet l-Ghaqda, kien li stabbilixxit
kuntatti mal-qasam internazzjonali. Fl-ewwel sentejn ta’
hidma, l-Ghaqda issiehbet bhala Associate Member
fl-organizzazzjoni internazzjonali ghall-ghaqdiet
tal-konsumaturi. Dan il-kuntatt ghen hafna sabiex inkunu
nafu x’inhu ghaddej u nitghallmu mill-esperjenza ta’
haddiehor.
Il-Hidma
ta’ l-Ghaqda fid-90'ijiet
Fid-disghinijiet
ix-xena ekonomika nbidlet. Il-politika ta’ protezzjoni
ghall-prodotti mahduma Malta giet mibdula minn wahda ta’
licenzja ghall-wahda ta’ levy. B’hekk gara li s-suq
infetah ghal prodotti impurtati. Zewg effetti immedjati
kienu l-gholi tal-prezzijiet u zieda kbira ta’ prodotti.
Dan gab mieghu varjeta’ kbira ta’ prezzijiet u kwalita’.
L-akbar problema kienet li l-konsumaturi ma setghux jifhmu
dawn id-differenzi specjalment fil-prezzijiet. It-talba
dejjem kienet tkun biex il-gvern jintervjeni.
Min-naha
l-ohra tul dawn l-ghaxar snin kien hemm bidla fil-ligijiet.
Dahlet ligi li gabret lil dawk ta’ qabilha u dahhlet
protezzjoni u strutturi godda. Ghalkemm ftit kienu jafu
x’fihom dawn il-ligijiet, dawn telghu l-istennija ghal
aktar protezzjoni.
L-akbar
problema kienet li l-konsumaturi ma setghux jifhmu kif
jahdem is-suq.
Il-Hidma llum
Illum l-Ghaqda
tista’ tghid li ghandha dawn il-funzjonijiet principali:
Tghin
lill-konsumaturi meta jkollhom xi lment dwar xi negozjant.
Ir-rwol tal-Ghaqda hu wiehed li tipprova tipperswadi
lill-kummercjanti dwar id-drittijiet tal-konsumaturi u li
tressaq lill-konsumaturi u lin-negozjant li jkollhom
tilwima sabiex tinstab soluzzjoni accettabli. Meta dan ma
jkunx possibbli, l-Ghaqda tghin lil dawk il-konsumaturi li
jkunu lesti li jiehdu d-drittijiet taghhom quddiem
it-Tribunal tal-Konsumaturi.
L-edukazzjoni
kienet minn dejjem parti importanti mill-hidma tal-Ghaqda.
Dan ghaliex l-Ghaqda dejjem emmnet fil-qawl li jhid li
“Ahjar tghallem lil xi hadd jistghad milli tipprovdilu
huta kuljum”. Il-hidma taghna hi importanti ghaliex inkunu
qed inqajmu issues godda fil-harsien
tal-konsumaturi u fl-istess hin inkunu qed inhargu
lill-konsumaturi jiehdu d-drittijiet taghhom huma nfushom.
Barra minn hekk, l-Ghaqda taf li konsumatur li jkun jaf
id-drittijiet tieghu rari hafna jingidem.
Funzjoni
importanti hafna u li halliet hafna gid lill-konsumaturi
Maltin, hi l-hidma tal-Ghaqda bhala pressure group. Fost
affarijiet li l-Ghaqda qed tahdem ghalihom illum hemm li
niggarantixxu lil-konsumaturi lokali li d-dipartimenti li
waqqaf il-gvern specifikament sabiex jiddefendu l-konsumaturi
jkunu jahdmu aktar efficjenti. L-Ghaqda ilha tinsisti
sabiex id-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumaturi u
l-Ufficcju ghall-Kompetizzjoni Gusta, hemm bzonn jinghaqdu
u jsiru Awtorita’ li ghalkemm tkun iffinanzjata mill-gvern,
tkun indipendenti minnu. Ir-raguni principali hi li
f’Malta ghad hemm hafna servizzi bazici li ghadhom jigu
pprovduti mill-gvern.
Hidma li
ghaddejja fl-Ghaqda hi it-tfassil ta’ policies
godda. Illum l-Ghaqda qed terg‘ thares fil-fond x’inhu
ghaddej fis-suq lokali sabiex tara tibdil li qed isir u
kif dan qed jolqot lill-konsumaturi. Din il-hidma hi wahda
importanti hafna specjalment minhabba li l-hidma
tal-Ghaqda fil-futur ser tkun tiddependi hafna fuq dak li
qed jigi deciz illum.
Il-Hidma ta’ l-Ghaqda fil-futur
L-edukazzjoni
zgur li ser tkun importanti hafna minhabba li l-konsumaturi
ser ikollhom igorru aktar responsabbiltajiet huma stess
biex jassiguraw li jinghataw a fair deal.
Il-protezzjoni diretta min-naha tal-gvern ser tkompli
tonqos, minkejja li l-konsumaturi jistghu jinghataw aktar
drittijiet fil-ligi.
Fil-futur l-Ghaqda tal-Konsumaturi trid tkun aktar
proattiva u tifrex il-hidma taghha f'oqsma godda li jkunu
qed jizviluppaw. Dan jista' jsir billi nkabbru sew
il-kuntatti ma' ghaqdiet f'pajjizi ohra u billi nkabbru l-membri
fl-Ghaqda specjalment dawk zghar u dawk li jixtiequ
jinvolvu ruhhom aktar attivament.
|