|
MV Doulos Case
Letter to the Parliamentary Secretary in the Ministry of
Finance and Economic Affairs
L-Onor. Nutar T Abela
Segretarju Parlamentari
Auberge d’Aragon
Valletta
23 ta’ Mejju 2003
Onor Abela,
L-ewwel haga nixtieq nifrahlek tal-kariga li nghatajt
specjalment ir-responsabbilta’ li thares u tippromwovi l-interessi
tal-konsumaturi lokali.
Bhal ma ghamlet fil-passat,
l-Ghaqda hi lesta li tkompli l-kollaborazzjoni
mas-Segretarjat sabiex l-konsumaturi lokali jkollhom l-interessi
taghhom imharsa.
Niehdu din l-okkazjoni sabiex
nitolbuk li tinvestiga ghaliex vapur, l-MV DOULOS li dahal
Malta ghadu ma nghatax permess li jkun jista’ jbiegh il-kotba
lill-konsumaturi lokali. Skond l-istampa, dan qed isir
ghaliex il-GRTU gabet l-argument li l-bejgh ser jghawweg’
is-suq tal-kotba lokali.
L-Ghaqda thoss li m’ghandux ikun bizzejjed li xi hadd jgib
dan l-argument, izda dan ghandu jissostanzjah billi jaghti
provi lill-Awtoritajiet u jippubblikhom. Inkellha l-ligi
li thares il-kompetizzjoni gusta tkun qed tintuza biex
toqtol il-kompetizzjoni u l-interessi tal-konsumaturi
jintilfu.
Il-fatt li haddiehor ibiegh anqas kotba, mhux bilfors
jirrizulta ghax ikun hemm kompetizzjoni mhux gusta, izda
minhabba ghax il-prezzijiet ikunu aktar gholjin jew
artificjalment minhabba li s-suq ma jkunx qed jahdem
tajjeb jew minhabba li l-ahhar mezzi teknologici ma jkunux
qed jigu wzati. Il-fatt li l-prezzijiet ghal kotba
offruti mill-bejjiegha lokali huma ghola jindika xi haga
minn dawn iz-zewg fatturi.
Il-liberalizzazzjoni hu l-mezz li jgib aktar kompetizzjoni
u jgieghel lill-kummercjanti juzaw l-orhos metodi biex
jissupplixxu l-konsumaturi. Allahares il-ligi tibda
tintuza sabiex minflok nifthu s-swieq u jkollna aktar
kompetizzjoni, naraw kif naghmlu u noqtulha. Tajjeb li
nfakkru li l-argument li s-suq qed jigi mfixkel jista’
jintuza wkoll ghal xiri fuq l-internet. Tajjeb li nfakkru
li hu bil-kompetizzjoni li l-konsumaturi jgawdu. L-Ghaqda
ser tibqa’ tinsisti li l-kompetizzjoni tikber u mhux
tonqos.
Ghalhekk l-Ghaqda tappellalek
biex tinvestiga u taghmel pressjoni sabiex l-interessi
tal-konsumaturi jigu mharsa billi dan il-vapur jinghata
permess li jbiegh il-kotba lill-konsumaturi lokali.
Filwaqt li nibghat inselli
ghalik, nistenna risposta malajr.
Benny Borg Bonello
President
|