|
Drittijiet tal-Konsumatur
Consumer's Rights
Servizzi Bazici
|
L-Ghazla
|
Periklu
|
Informazzjoni |
Ambjent
Edukazzjoni u Taghrif
|
Rapprezentanza
|
Kumpens
INFORMAZZJONI
(information)
Dritt
iehor li hu assocjat ma’ dan li semmejna hu dritt
ghall-informazzjoni. Bhal ma’ diga’ semmejna l-prodotti
u servizzi li qed niffaccjaw bhala konsumaturi aktar qed
ikunu sofistikati. Anki l-appliances li qed nixtru
ghad-dar aktar qed ikunu sofistikati u mimlija teknologija.
Hu minhabba f’hekk li l-konsumatur ghandu bzonn aktar
informazzjoni. Jekk niehdu semplici television
illum sar hafna aktar sofistikat u l-ammont ta’ kontrolli
li jiffaccja l-konsumatur huma hafna aktar minn qabel. L-istess
jekk niehdu makna tal-hasil. Il-maggoranza taghhom
ghandhom il-programmi li l-konsumatur irid jaghzel biex
jazel il-hasla t-tajba ghall-hwejjeg li jkun ser jahsel.
Tajjeb li nghidu li l-informazzjoni, specjalment kif nuzaw
il-prodott li nkunu xtrajna, saret aktar importanti sabiex
niehdu l-ahjar uzu mill-prodott u dan naghmluh minghajr
periklu.
Qasam li
aktar ma’ jmur sar aktar importanti u aktar sofistikat u
finanzjarju. Il-problema f’dan il-qasam hi l-informazzjoni
li ninghataw hi mimlija kliem tekniku u reali. Xi kultant
tahseb li dan qed isir apposta biex il-konsumatur minkejja
li jkun qed jinghata informazzjoni xorta ma jkunx jista’
jifhimha. Nahseb l-aktar kaz klassiku hu dak ta’
l-insurance.
L-Ghaqda thoss li aktar ma jghaddi z-zmien
aktar ser ikun importanti d-dritt ta’ l-informazzjoni.
Irridu niftakru li l-ewwel haga l-ebda suq ma jahdem
tajjeb jekk ma jkunx hemm informazzjoni li tkun korretta,
ta’ malajr u rhisa. L-Ghaqda tal-Konsumaturi temmen li
barra din l-informazzjoni trid tkun tali li tiftiehem u
trid tkun miktuba b’mod semplici u b’lingwagg li
jinftiehem.
|