|
Drittijiet tal-Konsumatur
Consumer's Rights
Servizzi Bazici
|
L-Ghazla
|
Periklu
|
Informazzjoni |
Ambjent
Edukazzjoni u Taghrif
|
Rapprezentanza
|
Kumpens
PERIKLU
(hazard)
Dritt iehor hu li l-prodotti u
s-servizzi pprovduti ma jkunux ta’ periklu
ghall-konsumaturi. Aktar ma jghaddi z-zmien aktar dan id-dritt
ikun importanti u fl-istess hin aktar difficli li jithares.
Ser issir aktar importanti ghaliex sirna nikkunsmaw aktar
prodotti u servizzi barra mid-dar jew li jkunu diga’ lesti
biex jigu ikkunsmati. Qabel dan id-dritt kien facli li
jigi protett peress li l-affarijiet kienu semplici. Illum
it-teknologija saret sofistikata hafna u hekk saru l-prodotti.
Min-naha l-ohra l-ammont ta’
prodotti li nixtru biex nikkunsmaw li jkunu lesti minn
kollox sar hafna akbar. L-akbar qasam li kiber zgur li hu
l-qasam ta’ l-ikel. Aktar ma jghaddi z-zmien aktar sirna
nikkunsmaw ikel barra mid-dar. Izda anke dak li nikkunsmaw
id-dar, hafna drabi jkun diga’ ipprocessat. Ezempju ta’
dan zgur li hu l-pizza. Nahseb li aktar ma jghaddi z-zmien
anqas nies qed jaghmlu huma l-pizza li jieklu u hafna
aktar qed jixtru l-pizza lesta iffrizata u kull ma jaghmlu
hu li jsahhnuha qabel ma jiekluha.
Aktar ma’ jidhol il-gewwa dan
il-process aktar ser ikun difficli li l-konsumatur ikun
jaf x’qed jiekol. X’inhuma l-prodotti li ntuzaw? X’kien l-ammont
ta’ l-igjene fil-kcina li ssajret dik il-burger
qabel ma’ giet servuta lilek? Kif nistghu nassiguraw li
dak il-prodott tal-friza tul il-vjagg kollu sa ma’ wasal
ghand tal-grocer baqa’ iffrizat fit-temperatura
rakkomandata? Aktar ma jghaddi zmien anqas ser ikollu
kontroll il-konsuamtur. Aktar ma’ jghaddi z-zmien aktar
din ir-responsabbilta’ jkun irid igorrha l-gvern.
Il-konsumaturi ghandhom dritt li l-prodotti
u s-servizzi ghandhom ikunu minghajr periklu. Biex dan
isir irid ikun hemm aktar impenn u determinizmu politiku
biex jitwaqqfu strutturi dinamici li jiggarantixxu li l-konsumaturi
li jkollhom prodotti u servizzi minghajr periklu. L-Ghaqda
temmen li f’dan il-kamp hu l-gvern li jista’ jassigura
prodotti u servizzi minghar periklu.
|