|
Drittijiet tal-Konsumatur
Consumer's Rights
Servizzi Bazici
|
L-Ghazla
|
Periklu
|
Informazzjoni |
Ambjent
Edukazzjoni u Taghrif
|
Rapprezentanza
|
Kumpens
RAPPREZENTANZA
(representation)
Dan
iwassalna ghal dritt iehor – dritt kollettiv. Il-konsumaturi
ghandhom dritt li jgu kkonsultati u rapprezentati fejn
jittiehdu d-decizjonijiet. F’dan ir-rigward, l-Ghaqda
tal-Konsumaturi sa mill-bidu nett harset dan id-dritt.
Aktar ma’ ghadda z-zmien aktar qed ikun hemm
konsultazzjonijiet. Izda biex dan id-dritt ikun imhares
hemm bzonn li l-Ghaqda jkollha aktar membri attivi.
Il-htiega ta’ rapprezentanza
hi biex ingibu bilanc ghar-rapprezentanza qawwija u
organizzata li ghandhom il-kummercjanti. L-Ghaqda
tal-Konsumaturi dejjem ghamlet rapprezentazzjonijiet
sabiex id-drittijiet tal-konsumaturi jigu mharsa u mkabbra.
Id-dritt ta’ rapprezentanza dejjem kien
dritt li l-Ghaqda hadmet ghalih. Sfortunatament, minkejja
li dejjem kienet l-unika Ghaqda tal-Konsumaturi, u dejjem
rikonoxxuta skond il-ligi, kien hemm hafna okkazjonijiet
fejn gejna mwarrba ghad-detriment tal-konsumaturi lokali.
Aktar ma jghaddi z-zmien, izda, aktar qed inkunu
rikonoxxuti.
Illum ghandna rapprezentanza sew fuq il-Kunsill
ghall-Affarijiet tal-Konsumaturi, il-Planning Authority
Users Committee, u anki l-Maltacom Telecommunications
Users Group.
|