|
Drittijiet tal-Konsumatur
Consumer's Rights
Servizzi Bazici
|
L-Ghazla
|
Periklu
|
Informazzjoni |
Ambjent
Edukazzjoni u Taghrif
|
Rapprezentanza
|
Kumpens
SERVIZZI BAZICI
(service)
L-ewwel dritt hu dak li
jigu ggarantiti s-servizzi bazici. Dawn jinkludu dawk
l-affarijiet jew servizzi li jiggarantixxu hajja dicenti.
Fost dawn l-affarijiet li huma mehtiega nsibu djar, ikel
bnin, ilma nadif u elettriku. Tajjeb li nghidu li dawn
il-htigiet ivarjaw skond il-kultura u skond l-istat ta’
zvilupp ekonomiku u socjali. Ghalhekk ma’ dawn imsemmija,
llum, zgur li nqisu li l-komunikazzjoni hi necessarja jekk
irridu li hadd ma jigi eskluz mis-socjeta’ li jghix fiha.
Illum komunikazzjoni tfisser zewg affarijiet: mezz biex
tivvjagga u mod kif tikkomunika ma’ haddiehor. Ghalhekk
illum is-servizzi tat-trasport pubbliku, posta u telefon
saru jitqiesu bhala servizzi bazici. Ghal sezzjoni
tas-socjeta’, il-pensjonanti, certu mezzi ta’
komunikazzjoni huma indispensabbli kontra l-istat
tas-solitudni.
Dan id-dritt jirrikjedi li
jkun hemm servizz u li l-prezz ikun wiehed li ma jeskludi
l-hadd.
L-Ghaqda temmen li dawn is-servizzi bazici
ghandhom ikunu ggarantiti. Hafna minn dawn is-servizzi
huma pprovduti minn entitajiet monopolistici fis-settur
pubbliku. Dan jista’ jwassal ghal inefficjenza li jkollu
jhallas ghaliha l-konsumatur. Il-privatizzazzjoni, l-Ghaqda
thoss, tista’ twassal sabiex dawn is-servizzi bazici mhux
bilfors ikunu ggarantiti u li dawn is-servizzi jigu
liberalizzati. Ghalhekk l-Ghaqda thoss li Regolaturi
indipendenti, li jkollhom poteri, u li ghandhom ir-rieda
li jiddefendu l-interessi tal-konsumaturi huma mehtiega.
|