|
Drittijiet tal-Konsumatur
Consumer's Rights
Servizzi Bazici
|
L-Ghazla
|
Periklu
|
Informazzjoni |
Ambjent
Edukazzjoni u Taghrif
|
Rapprezentanza
|
Kumpens
Illum hu
rikonoxxut li hemm tmien drittijiet bazici tal-konsumaturi. Dawn
huma drittijiett li huma rikonoxxuti internazzjonalment.
Id-drittijiet johorgu mill-valuri tal-gustizzja u r-responsabbilta’
socjali u d-demokrazija.
Dawn il-valuri
huma mehtiega sabiex niggarantixxu li l-valuri li fuqhom
hu mibni s-suq u l-kompetizzjoni sfrenata jigu bbilancjati.
Tajjeb li nsemmu li s-suq u l-kompetizzjoni huma bbazati
fuq il-principji ta’ liberta’, individwalizmu u egoizmu.
Dawn it-tlett principji jekk ma jkunux ibbilancjati u
regolati jwasslu ghal-libertinagg, uzu bla limitu
tal-poter ekonomiku u t-tkissir tas-socjeta’ kif nafuha
llum.
Id-drittijiet
tal-konsumaturi jippruvaw jassiguraw li filwaqt li s-suq
jahdem, dan jahdem b’mod gust ghall-gid tal-konsumaturi u
l-bejjiegha stess u fl-istess waqt iseddqu is-socjeta’.
|