|
GHAQDA TAL-KONSUMATURI
- STATUT -
TAQSIMA
I - ISEM
1.
L-isem ufficjali tal-Ghaqda hu “Ghaqda tal-Konsumaturi -
Malta” bil-Malti u “Consumers’ Association - Malta”
bl-Ingliz.
2.
F’dan l-istatut tkun riferuta
bhala ‘Ghaqda’.
3. L-Ghaqda ma tistax tkun affiljata statutorjament ma’ l-ebda
partit politiku.
TAQSIMA
II - GHANIJIET
L-ghan
ewlieni ta’ l-Ghaqda hu li thares l-interessi
tal-konsumaturi fl-aspetti kollha u dan taghmlu bil-mezzi
li tista’, fosthom:
1. Li
l-Ghaqda tkun ta’ pressjoni quddiem l-awtoritajiet sabiex
isiru ligijiet u mizuri favur il-konsumatur u li jkunu
implimentati b’mod attiv u effettiv.
2. Li
tahdem sabiex il-konsumaturi jkollhom l-informazzjoni
kollha biex jaghmlu l-ahjar ghazla.
3. Li
thares lill-poplu konsumatur billi tipprotegih minn
prodotti, metodi ta’ produzzjoni kif ukoll servizzi, kemm
dawk gejjin mis-settur kummercjali, kif ukoll mis-settur
pubbliku, li jkunu ta’ hsara ghalih.
4. Li
ssemma’ lehen il-konsumaturi sabiex l-interessi taghhom
ikunu jistghu jigu kkunsidrati fit-tfassil u t-twettiq
f’politika ekonomika.
5. Li
tahdem sabiex il-konsumaturi jkollhom id-dritt ghal
kumpens ghal korriment jew hsara mill-prodotti u servizzi
li jinghataw.
6. Li
tahdem sabiex il-konsumaturi jircievu servizz tajjeb,
ikollhom ambjent protett li jsahhah l-ghixien tas-socjeta’,
kif ukoll prodotti Igjenici li jigu introdotti
standards adekwati.
7. Li
tahdem biex jigu ppubblikati decizjonijiet u kriterji ta’
l-awtoritajiet li jolqtu l-interessi tal-konsumaturi.
8. Li
tahdem biex il-konsumaturi jkollhom servizz legali b’xejn.
9. Li
tahdem biex uzanzi mhux gusti jew qarrieqa li jwasslu
ghall-holqien ta’ domanda artificjali jew skarsezza ta’
prodotti jew servizzi b’detriment ghall-konsumaturi, jigu
mrazzna.
10. Li
tahdem biex ikun hemm standards dwar reklamar u
mezzi ta’ reklamar ta’ prodotti u servizzi.
11. Li
tahdem sabiex jitwaqqfu ko-operattivi.
TAQSIMA
III - SHUBIJA
1. Jistghu jissiehbu membri dawk
kollha li jkollhom minn 16-il sena ‘l fuq.
2. Persuna fin-negozju tista’
tidhol bhala membru fuq bazi personali. Applikazzjoni
tista’ tkun revokata jew mhux accettata mill-Kunsill jekk
b’xi mod jirrizulta li l-interessi ta’ l-applikant jistghu
jwasslu ghac-cahda tad-drittijiet u l-isfruttament
tal-konsumaturi.
3.
Membri godda jkollhom id-dritt
tal-vot sitt xhur wara li jigu accettati bhala membri u
dawn ikunu jistghu jikkontestaw u jivvutaw sakemm il-hlas
tas-shubija taghhom ikun aggornat sal-gurnata tal-Laqgha
Generali.
TAQSIMA
IV - HLAS TA’ SHUBIJA
1. Il-hlas
ta’ shubija mill-ewwel jum ta’ l-applikazzjoni u jithallas
mill-ewwel jum ta’ l-applikazzjoni u tigi mgedda minn sena
ghal sena skond id-data tad-dhul.
2.
Ir-rata tal-hlas tas-shubija
tigi ffissata mill-Kunsill.
TAQSIMA
V - LAQGHA GENERALI
1.
Il-Laqgha Generali hija l-oghla awtorita’ tal-Ghaqda u
tkun maghmula mill-membri kollha tal-Ghaqda li jkunu
regolari fil-hlas taghhom skond Taqsima III, Artiklu 1.
2. Il-Laqgha Generali ghandha tiltaqa’ darba fis-sena, mhux
izjed tard minn tlett xhur wara l-gheluq tas-sena
finanzjarja.
3.
Il-kworum tal-Laqgha Generali jkun 50% + 1 tal-membri
eligibbli ghall-vot. Jekk dan in-numru ma jintlahaqx
fil-hin avzat, il-Laqgha ssir nofs siegha wara bil-membri
prezenti.
4.
Il-Laqgha Generali timxi fuq din l-agenda:
1.
Hatra ta’ Chairperson
2.
Minuti
3.
Rapport Amministrattiv
4.
Rapport Finanzjarju
5.
Diskors tal-President
6.
Hatra ta’ Kunsill gdid
7.
Hatra ta’ l-awdituri
8.
Emendi ghall-Istatut
9.
Mozzjonijiet
5.
Laqgha Generali straordinarja
tista’ tissejjah mill-Kunsill. Tista’ tissejjah ukoll
minn 60% tal-membri mhallsa regolari u tkun akkumpanjata
minn l-isem, l-indirizz, in-numru tal-karta ta’ l-identita’
u ffirmata flimkien mar-raguni li turi ghaliex intalbet
il-laqgha straordinarja.
6.
L-agenda tal-Laqgha Generali u l-Laqgha Generali
straordinarja ghandha tigi avzata mhux inqas minn hmistax-il
gurnata qabel il-Laqgha.
TAQSIMA
VI - KUNSILL
1. Il-Kunsill
ghandu jkun iffurmat minn ufficjali li huma President,
Segretarju Generali, Segretarju Finanzi u tmien membri.
2. Il-Kunsill
ghandu jiltaqa’ skond il-htiega. Il-Kunsill irid jiltaqa’
l-ewwel darba mhux aktar tard minn tliet gimghat minn meta
ssir il-Laqgha Generali.
3. Il-Kunsill
jista’ jahtar kumitati, kummissjonijiet, sotto-kumitati
jew individwi biex isir ix-xoghol tal-Ghaqda. F’kull
kumitat, kummissjoni jew sotto-kumitat mahtur ghandu jkun
hemm rapprezentant mill-Kunsill li jkollu s-setgha li
jippresedi l-laqghat.
4. Id-dmir
tal-Kunsill huwa li jilhaq l-ghanijiet tal-Ghaqda.
Ghalhekk l-funzjoni principali tal-Kunsill hi li barra li
jfassal il-policy tal-Ghaqda, jfassal ukoll
programm ta’ hidma li fuqu jahdmu l-istrutturi l-ohra
tal-Ghaqda.
5. L-agenda
ghandha tigi avzata mill-anqas hamest ijiem qabel kull
laqgha.
6. L-istess
Kunsill ghandu l-obbligu li jsejjah il-Laqgha Generali kif
ukoll laqghat generali straordinarji ohra u ghandu s-setgha
li jawtorizza lill-President u lis-Segretarju jew persuni
delegati minnu li jidhlu f’kuntratti f’isem l-Ghaqda.
7. Il-Kunsill
ghandu d-dritt li jibni relazzjonijiet u jaffilja
lill-Ghaqda ma’ kull organizzazzjoni lokali u
internazzjonali li jahdmu fl-interess tal-konsumaturi.
8. L-ufficjali
u l-membri tal-Kunsill li jfallu tlett laqghat wara xulxin
bla ma jaghtu raguni valida lill-president jew
lis-Segretarju Generali, jkunu kkunsidrati li rrizenjaw.
Jekk ikun hemm rizenja ta’ membru mill-Kunsill, il-Kunsill
ghandu dritt li jikko-opta membru iehor tal-Ghaqda
minfloku. Fil-kaz ta’ ufficjal, il-Kunsill ghandu dritt
li jimla l-post vakanti mill-membri eletti tal-Kunsill.
9. Membri
co-opted m’ghandhomx dritt ghall-vot fil-laqghat
tal-Kunsill.
10. Il-kworum
ghal-Laqghat tal-Kunsill huwa ta’ sitt membri. Jekk sa
wara nofs siegha ma jintlahaqx kworum il-Laqgha ssir
bil-membri prezenti.
11. Il-Kunsill
ghandu dritt li jaghmel il-proceduri li fuqhom ghandu
jimxi.
12. Kull
membru tal-Kunsill jista’ jitlob vot sigriet.
13. Persuna
li tkun qed taghmel xoghol ghall-Ghaqda b’xi
remunerazzjoni ma tistax izzomm il-kariga ta’ ufficcjal
tal-Ghaqda.
TAQSIMA
VII - EZEKUTTIV
1.
L-Ezekuttiv ghandu jkun iffurmat mill-ufficjali tal-Ghaqda.
2.
L-Ezekuttiv ghandu jiltaqa’ mill-anqas darba fix-xahar.
3.
L-Ezekuttiv ghandu dritt li jaghmel il-proceduri li fuqhom
ghandu jimxi.
4.
Ir-responsabbiltajiet ta’ l-Ezekuttiv
jinkludu:
·
Li jiehu hsieb l-amministrazzjoni generali tal-Ghaqda
fil-qafas tal-policy li jkun fassal il-Kunsill;
·
Li jara li l-programm ta’ hidma approvat mill-Kunsill jigi
mwettaq;
·
Li ghandu d-dmir li jressaq proposti dwar kull tibdil li
jista’ jkun mehtieg biex ix-xoghol tal-Ghaqda ikun aktar
effettiv;
5. L-Ezekuttiv biss ghandu d-dritt li jorganizza gbir ta’
fondi b’rizq l-Ghaqda.
6. Ghalhekk, kull persuna li
tigbor b’rizq l-Ghaqda jrid ikollha bil-miktub l-awtorizzazzjoni
tas-Segretarju Finanzi.
7. Is-Segretarju jrid jaghti rapport qasir lill-Kunsill
tal-hidma ta’ l-Ezekuttiv.
8. L-Ezekuttiv
ghandu d-dritt jawtorizza nefqa ta’ mhux aktar minn mitt
lira.
9. L-Ezekuttiv
ghandu dritt li wara kuntratt bejn it-tlitt ufficjali
jiehu decizjoni fuq dawk l-affarijiet li huma ta’ natura
urgenti.
10.
Kull decizjoni li tittiehed b’mod informali trid tigi
dokumentata fl-ewwel laqgha formali ta’ l-Ezekuttiv.
TAQSIMA
VIII - NOMINAZZJONIJIET
1.
Sejha ghan-nominazzjonijiet ta’ l-ufficjali u l-membri
tal-Kunsill flimkien ma’ l-agenda tal-Laqgha Generali
ghandha tigi avzata mhux aktar tard minn 15-il gurnata
mid-data li fiha tkun ser issir il-Laqgha Generali annwali.
2.
Kull nominazzjoni ghal kull ufficjal jew membru
fil-Kunsill ghandha tasal ghand is-Segretarju Generali
mhux aktar tard minn gimgha qabel id-data stipulata
tal-Laqgha Generali annwali.
3.
Kull nominazzjoni, emenda lill-Istatut jew mozzjoni
ghandha tkun akkumpanjata bil-firem, l-isem u l-kunjom, l-indirizz,
in-numru ta’ l-identita’ u tat-telefon tal-kontestant u
tal-proponent kif ukoll tas-sekondant li jridu jkunu
membri regolari tal-Ghaqda.
4. L-elezzjoni
tal-Kunsill ghandha tkun sigrieta.
5.
Nominazzjoni ma tkunx accettata kemm-il darba jirrizulta
li l-kontestant mhux membru regolari.
TAQSIMA
IX - DMIRIJIET U SETGhAT
1.
Il-President tal-Ghaqda ghandu jippresedi kemm il-laqghat
tal-Kunsill kif ukoll dawk ta’ l-Ezekuttiv. Izda, fl-assenza
tieghu din ir-responsabbilta’ taqa’ fuq is-Segretarju
Generali.
2 .
Il-President u s-Segretarju Generali flimkien huma
responsabbli ghar-rapprezentanza ufficjali u legali
tal-Ghaqda.
3.
Il-President jista’ jaccetta li kull membru tal-Kunsill
jista’ jezamina kull dokument tal-Ghaqda.
4. Is-Segretarju
Generali ghandu r-responsabbilta’ amministrattiva
tal-Ghaqda speccalment kif jitmexxa l-ufficju.
5. Is-Segretarju
ghandu dritt li jezamina kull korrispondenza.
TAQSIMA
X - FINANZI
1. Is-sena
finanzjarja tal-Ghaqda taghlaq fil-31 ta’ Dicembru ta’
kull sena.
2. L-amministrazzjoni
finanzjarja hija r-responsabbilta’ tas-Segretarju Finanzi.
L-awdituri ghandhom id-dritt li jaraw id-dokumenti
finanzjarji.
3. Kull
membru tal-Kunsill ghandu dritt li jistaqsi lis-Segretarju
Finanzi dwar il-kontijiet u dokumenti relatati mal-finanzi
tal-Ghaqda sakemm ikun infurmat minn tlett ijiem qabel.
4. Is-Segretarju Finanzi huwa responsabbli mill-
organizzazzjoni ta’ kull tip ta’ attivita’ mill-aspett
finanzjarju.
5. Is-Segretarju
Finanzi hu obbligat li jzomm l-inventarju.
6. Kull dejn minn
xi ufficjal jew membru tal-Ghaqda, li jsir ghan-nom
tal-Ghaqda minghajr l-approvazzjoni tal-Kunsill, huwa
meqjus dejn personali fuq min iwettqu u ghalhekk irid
jaghmel tajjeb ghalih min iwettqu.
7. Ufficjal ma
jistax jonfoq iktar minn Lm50 fuq xoghol tal-Ghaqda
minghajr l-approvazzjoni tas-Segretarju Finanzi.
TAQSIMA
XI - GENERALI
1. Il-Kunsill
huwa biss awtorizzat li jaghti x’interpretazzjoni ta’ xi
klawsola minn dan l-istatut.
2. Affarijiet ohra
li m’humiex ipprovduti f’dan l-istatut jigu decizi mill-Kunsill.
TAQSIMA
XII - XOLJIMENT
1. L-Ghaqda tista’
xxolji biss wara decizjoni ta’ Laqgha Generali
Straordinarja msejjha ghalhekk biss. Din id-decizjoni
jrid ikollha l-approvazzjoni ta’ 75% tal-membri mhallsa
skond Taqsima III, Sezzjoni 3 li jivvutaw. Din il-Laqgha
tiddeciedi xi jsir mill-assi u dokumenti tal-Ghaqda.
2. Din il-Laqgha
Generali straordinarja ghandha tahtar likwidatur.
|