Stqarrija Għall-Istampa 

Jum il-Konsumatur, 15 ta’ Marzu 2008     

Din is-sena, Jum il-Konsumatur ġie iċċelebrat b’attività edukattiva fi Triq ir-Repubblika, il-Belt. Din l-inizjattiva ttieħdet bħala parti mill-Kampanja ta’ Informazzjoni imnedija mill-Kummissjoni Ewropea, bil-għan li tinħoloq aktar kuxjenza dwar id-drittijiet tal-konsumatur f’pajjiżna.

L-attività ġiet organizzata flimkien mad-Diviżjoni tal- Konsumatur u l-Kompetizzjoni u maċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi (Malta), bil-għan prinċ ipali li jingħata opportunita lill pubbliku li jikseb informazzjoni b’mod dirett u prattiku. 

L-attività bdiet b’konferenza stampa indirizzata minn Dr Joanna Drake, il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta. Ħi għamlet referenza għall-fatt li l-Kummissjoni Ewropea għadha kif adottata l-Istrategija Għall-Konsumaturi 2007-2013, li tipprovdi analiżi dettaljata ta’ l-isfidi f’dan is-settur u r-rwol tal-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ pjan effettiv sabiex jiġu mħarsa id-drittijiet tal-konsumatur fl-Unjoni Ewropea.

L-iskop prinċipali ta’ din l-istrateġija huwa li jiżdied it-tagħrif fuq dan is-suġġett, li jingħata aktar poter lill-konsumaturi u li tittejjeb ukoll il-protezzjoni tagħhom. Dr Drake semmiet ukoll il-pjan tal-Kumissjoni li toħloq regoli komuni f’kull Stat Membru, sabiex il-konsumaturi, kif ukoll in-negozjanti, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dan it-tip ta’ protezzjoni legali. 

Fl-ewwel indirizz tiegħu fil-kariga ġdida ta’ Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, is-Sur Tonio Fenech irrefera għar-rwol importanti tal-konsumatur fl-ekonomija u li l-konsumatur għandu jingħata servizz u prodott mill-aqwa u valur sħiħ għal flusu. Ħabbar ukoll li l-gvern ser ikompli jsaħħaħ l-istrutturi regolatorji li jipproteġu lill-konsumaturi u li jassiguraw il-kompetizzjoni ġusta fis-suq.

 

Kienu preżenti wkoll Dr Mireille Vella, Id-Direttriċi tad- Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni u s-Sur Claude Sammut, Kap taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsmaturi (Malta). Iż-żewġ kelliema stqarru li Jum il-Konsumatur huwa importanti għal kull wieħed u waħda minna. Dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar, kulħadd huwa konsumatur u għandu jigi protett mill-liġi b’mod effiċjenti.

Dr Vella għamlet enfażi fuq il-fatt li m’huwiex biżżejjed li l-liġijiet jiġu żviluppati, izda huwa essenzjali wkoll li dawn il-liġijiet jiġu implimentati  u mħarsa b’mod effettiv. Hi qalet ukoll li l-edukazzjoni tal-konsumatur, f’dak kollu li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tiegħu, għandu  jingħata importanza. Huwa b’dan il-mod biss li wieħed jista’ jassigura li d-drittijiet tal-konsumatur jiġu mħarsa. Barra minhekk, Dr Vella qalet li kull negozjant għandu jzomm f’moħhu li l-konsumatur għandu dritt li jingħata informazzjoni korretta u ċara.

Is-Sur Sammut spjega li ċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi jinsab f’kull Stat Membru fl-Unjoni Ewropea u għalhekk, dan iċ -Ċentru jaħdem biex jippromwovi d-drittijiet tal-konsumatur madwar is-sebgħa u għoxrin Stat ta’ l-Unjoni Ewropea. L-għan taċ-Ċentru hu li jagħti informazzjoni dwar  id-drittijiet tal-konsumatur meta jsiru tranżazzjonijiet  bejn konsumatur li huwa f’pajjiż wiehed u negozjant li huwa bbażat ġo Stat Membru ieħor. Huwa stqarr ukoll li xtaq jara l-konsumaturi Maltin isiru aktar proattivi u jfittxu l-għajnuna u informazzjoni anke qabel ma jiltaqgħu ma’ diffikultajiet.

Preżenti tul l-attività kien hemm wkoll tîm ta’ uffiċjali ta’ informazzjoni li ltaqgħu direttament mal-pubbliku u taw informazzjoni b’mod immedjat u prattiku. Tqassmu wkoll kotba u fuljetti informattivi  dwar id-drittijiet tal-konsumaturi. Kien preżenti wkoll il-personalità popolari Ray Callejja, ‘il-wiċċ’ tal-Kampanja Informattiva tal-Kummissjoni Ewropea.

Barra minhekk, id- Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni ppreżentat numru ta’ premji lill-istudenti li rebħu l-kompetizzjonijiet tas-Sagħtar u Tagħna it-Tfal, li huma żewg publikazzjonijiet popolari fost it-tfal u z-zgħazagħ. L-għan ta’ dawn il-kompetizzjonijiet kien li titqajjem  kuxjenza dwar r-rwol tal-konsumatur u r-responsabilità taċ -ċittadin fis-soċ jetà.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Kummissjoni Ewropea qasmet ukoll posters bil-messaġġ li ħafna drabi l-konsumatur ma jingħatax biżżejjed informazzjoni u għalhekk ikun qisu qed jopera fis-suq b’għajnejh ‘magħluqin’. Sfortunatament, dan jiġri kemm meta l-konsumatur jixtri minn ħwienet lokali, kif ukoll meta jixtri min fuq l-internet jew meta jkun barra minn pajjiżu. Din il-kampanja twassal il-messaġġKun Af id-Drittijiet Tiegħek. Uża d-Drittijiet Tiegħek’, li huwa appell lill-konsumaturi biex jieħdu responsabbiltà, ifittxu l-informazzjoni, iqabblu l-prezzijiet u s-servizzi offruti bejn negozjant u ieħor  u jagħmlu l-aħjar għażla għal buthom. Meglena Kuneva, il-Kummissarja Ewropea għall-Affarijiet tal-Konsumatur qalet li ‘Irridu nerġgħu npoġġu l-konsumatur fil-pożizzjoni importanti li tixraqlu, jiġifieri pożizzjoni ta’ poter fl-ekonomija, li tgħin biex ikun hemm kompetizzjoni effiċjenti bejn in-negozjanti fis-suq wieħed Ewropew’.

Jum il-Konsumatur iservi biex ifakkar lil kull wieħed u waħda minna fir-rwol importanti tagħna bħala konsumaturi fl-Unjoni Ewropea. Filwaqt li għandna nibbenifikaw mil-protezzjoni legali, xorta waħda huwa importanti wkoll li l-konsumatur jieħu l-inizzjattiva u jfittex l-informazzjoni u l-għajnuna fejn hemm bżonn.  Wieħed jista’ jċempel lil Consumer HHHHHouse fuq 2122 1901 jew inkella d-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni fuq 80074400 għal aktar dettalji.