PRESS
STATEMENT
Jum
il-Konsumatur, 15ta’ Marzu 2008
Kull min ser ikun għaddej
Jum il-Konsumatur hija attivitŕ ċċelebrata madwar
id-dinja kull sena fil-15 ta’ Marzu. Din is-sena, bħala parti mill-kampanja
ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur li għaddejja bħalissa f’pajjiżna, il-Kummissjoni
Ewropea qed taħdem
id f’id mad-Diviżjoni
tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni u maċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi biex
tittella’ tinda quddiem il-Qorti bil-għan li tinħoloq aktar kuxjenza
dwar id-drittijiet tal-konsumatur f’pajjiżna. Matul l-attivita, ser jitqassam
materjal informattiv lil dawk preżenti,
li wkoll ser ikollhom iċ-ċans jiltaqgħu mal-persunaġġ Ray
Calleja, ‘il-wiċċ’
tal-kampanja edukattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-drittijiet
tal-konsumatur.
L-attivita ser tibda b’konferenza stampa
fl-10:00am li ser tkun indirizzata minn Dr Joanna Drake, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni
Ewropea f’Malta, minn Dr Mireille Vella, Direttur tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u
l-Kompetizzjoni u mis-Sur Claude Sammut, Manager
taċ-Ċentru Ewropew
tal-Konsumaturi f’Malta.
Il-messaġġ prinċipali tal-Kummissjoni
Ewropea lill-konsumaturi din is-sena, kif spjegat il-Kummissarju Ewropea
responsabbli mill-Affarijiet tal-Konsumatur Meglena Kuneva aktar kmieni din il-ġimgħa, huwa: “Kun af id-Drittijiet Tiegħek. Uża d-Drittijiet Tiegħek”. Huwa appell lill-konsumaturi biex jinfurmaw ruħhom dwar il-drittijiet tagħhom bhala konsumaturi u
sabiex jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt!
Il-konsumaturi huma mħegga jikkuntattjaw
lill-Consumer House fuq 2122 1901 jew lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u
l-Kompetizzjoni fuq 8007 4400, jew iżuru
s-sit ta’ l-Għaqda
tal-Konsumaturi www.camalta.org għal
aktar informazzjoni.