ESPERT MILL-UNJONI EWROPEA JINDIRIZZA LIL KUMPANIJI MALTIN DWAR LIĠIJIET ĠODDA LI JIPPROTEĠU LILL-KONSUMATUR MINN MEZZI TA’ BEJGĦ U PROMOZZZJONI MHUX ĠUSTI
Konferenza Organizzata mill-Kummissjoni Ewropea
Espert mill-Kummissjoni Ewropea, is-Sur Giuseppe Abbamonte kien il-kelliem ewlieni f’konferenza li ġiet organizzata l-Gimgħa 18 ta’ April, ġewwa Dar il-Mediterran, il-Belt. Is-Sur Abbamonte, li jmexxi team ta’ esperti fil-qasam tal-liġijiet li jipprotteġu lill-konsumatur fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, spejga l-liġijiet Ewropej ġodda dwar Prattiċi Kummerċjali Mhux Ġusti li daħlu fis-seħħ f’Malta reċentament.
Il-liġi ġdida tirregola r-reklamar qarrieqi u tipprojbixxi numru ta’ prattiċi ta’ bejgħ aggressivi u abbużivi, bħal metodi ta’ reklamar ta’ ‘iffittar’ inidirizzat lejn it-tfal permezz ta’ l-internet, bait advertising, skemi ta’ bejgħ piramidali u dikjarazzjonijiet foloz li prodotti jikkuraw problemi tas- saħħa. Liġijiet attwali dwar reklamar huma msaħħa u standards ġodda daħlu fis-seħħ kontra metodi ta’ kostrizzjoni, fastidju jew influwenza mhux xierqa fil-konfront tal-konsumatur mill-bejjiegħa.
L-erba’ elementi tal-regoli ġodda huma:
Meglena Kuneva, Kummissarju responsabbli ghall-affarijiet tal-konsumatur qalet li “prattiċi mhux ġusti għandhom impatt negattiv fuq il-konsumatur kif ukoll fuq l-effiċjenza tas-suq. Fis-suq wieħed Ewropew m’hemmx lok ghal kummerċjanti li jiżgwidaw in-nies”.
Il-Konferenza ġiet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti mill-kampanja ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur, li għaddejja bħalissa f’Malta Insisti għad-drittijiet tiegħek. U dan bi dritt. Aktar minn 130 persuna mill-komunita kummerċjali attendew għal din il-konferenza inkluż importaturi, distributuri, negozjanti, avukati u anke dawk li huma involuti fil-promozzjoni u bejgħ ta’ prodotti u servizzi għall-konsumaturi.
Is-Sur Abbamonte emfasizza li kull intrapriża, kemm kbira kif ukoll żgħira għandha tkun familjari ma’ l-obbligazzjonijiet lejn il-klijenti tagħha taħt id-direttiva l-ġdida. Is-Sur Abbamonte rrefera wkoll ghall-possibiltà ta’ reviżjoni tal-liġi dwar il-kuntratti bejn il-kummerċjant u l-konsumatur.
Il-Ministru għall-Finanzi Tonio Fenech għalaq il-konferenza u emfasizza l-bżonn li jkun hemm leġislazzjoni effettiva dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Huwa qal li hemm bżonn ta’ kooperazzjoni kemm min-naħa tal-konsumaturi kif ukoll tal-kummerċjanti sabiex jiġi assigurat ambjent ekonomiku b’saħħtu għal kulħadd.
Id-direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Mhux Ġusti daħlet fis-seħħ hawn Malta permezz ta’ l-emenda għall-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur li ġie adottatf’Diċembru ta’ l-2007. Għandha impatt dirett fuq l-entitajiet kollha li huma involuti fil-promozzjoni u bejgħ ta’ prodotti u servizzi lill-konsumatur. L-għan ta’ din il-konferenza hu li tgħin lill-kumpaniji u lil dawk li jaħdmu fil-kamp legali jiffamiljarizzaw ruħhom mal-liġijiet ġodda.
Dr Joanna Drake, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta mexxiet din il-konferenza. Il-komunita kummerċjali kienet rappreżentata mis-Sur Stefano Mallia, Viċi-President tal-Kamra tal-Kummerċ u Intrapriża ta’ Malta u mis-Sur Vince Farrugia, Direttur Generali tal-GRTU.
Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil Content House Ltd fuq in-numru 2132 0712/3